Hydro u Leak. Żewġ aħwa opposti.
Leak dejjem iħalli l-vit tal-ilma miftuħ u jaħli l-ilma, u Hydro dejjem jiġri wara ħuħ sabiex jara li ħuħ mhux jaħli l-ilma.
L-istorja ta’ Hydro u Leak, hija logħba virtwali li tista tintlab mit-tfal li jzuru l-Esplora. Logħba li tirraprezenta dak li minjaf kemm jiġri ta’ kuljum fid-djar tagħna.
Il-logħba hydroleak inħolqot minn Alex Fiot – li jinsab fit-tieni sena tal-kors dwar software development fl-MCAST. Fiot ħoloq din il-logħob għal kompetizzjoni li ġiet organzata mill-Esplora.
Fiot qal: “In-nies ħafna drabi ikollhom ħafna ħin id-dar. Jikkonservaw l-ilma peress li naħlu ħafna ilma d-dar uhekk l-importanti li ngħalmu lin-nies.”
Fiot rebaħ il-kompetizzjoni u l-logħoba tiegħu ġiet installata fl-esplora u se tkun tista tintlgħab mit-tfal.
Ic-chairman ezekuttiv tal-Esplora Jeffrey Pullicino Orlando qal li b’din il-logħob iktar tfal se jitgħallmu kif għandhom jikkonservaw l-ilma. Huwa qal: “Kull min iżur l-Esplora jista jippartecipa f’din il-logħoba. Fuq suġġett importanti konservazzjoni tal-ilma.”
Din il-kompetizzjoni ġiet organizzata mill-Esplora flimkien mal-HSBC.