L-armata Brażiljana ordnata tgħin fit-tifi tan-nar fl-Amażonja – One News

Notifiki

L-armata Brażiljana ordnata tgħin fit-tifi tan-nar fl-Amażonja

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ħareġ digriet li bih ordna lil forzi armati tal-Brażil biex jassistu fl-operazzjoni għat-tifi tan-nar li ħakmu l-foresta tal-Amażonja. L-Amażonja, hija l-akbar foresta tropikali fid-dinja u magħrufa bħala l-pulmun tad-dinja, għaliex fiha taħzen il-karbonju u b’hekk tnaqqas ir-ritmu tat-tisħin globali.

Il-President Bolsonaro ħabbar dan wara pressjoni li kellu mill-mexxejja Ewropej. Huwa kkritika r-reazzjoni ta’ pajjiżi oħra u sostna li n-nirien ma jistgħux jintużaw bħala skuża għall-sanzjonijiet kontra l-Brażil. Ir-reazzjoni tal-President ġiet wara li Franza u l-Irlanda qalu li ma jirratifikawx il-ftehim kummerċjali mal-pajjiżi fl-Amerka t’Isfel qabel mal-Brażil jindirizza b’aktar mod serju n-nirien fl-Amażonja.

Gruppi ambjentali organizzaw protesti fi bliet madwar il-Brażil matul il-jum tal-Ġimgħa dwar azzjonijiet aktar effettivi dwar in-nirien. Filwaqt li diversi demostraturi oħra nġabru quddiem l-abaxxati madwar id-dinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend