Għaddew ġmielu x-xogħol fuq il-pont pedonali li se jitqiegħed fi Blata l-Bajda u se jgħaqqad Triq il-Kbira San Ġuzepp fil-Ħamrun – mal-Marsa.
Pont li se jieħu post it-traffic lights, u minnu se jkunu jistgħu jgħaddu n-nies kemm bil-miexi kif ukoll bir-roti.
Fiċ-Ċentru Marittimu fil-Marsa, rajna x-xogħol li għaddej fuq il-bini tal-istrutturi tal-ħadid tal-pont pedonali.
Hemmhekk, iltqajna mal-perit tal-proġett Kylie Borg Marks li spjegatilna x-xogħol li għaddej fuq il-bini tal-pont.
Kylie Borg Marks qalet: “Naraw il-ħadid li se jifforma l-bridge. Naraw xogħlijiet realatati mal-connections tal-ħadid qiegħda tiġi iffurmata l-istuttura.”
Id-disnn tal-pont huwa wieħed oriġinali hekk kif ġej għat-tond.
Il-pont se jkollu rampi baxxi biex iċ-ċiklisti u dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jaqsmu min-naħa ta’ Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun lejn in-naħa l-oħra tat-triq fil-Marsa, b’mod faċli u aċċessibbli.
Hija qalet: “Forma għat-tonda. Min fuq jidher għat-tond u forma ta’ rampa waħda. Se jkun kontinwu.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta Fredrick Azzopardi qal li l-aġenzija ħasset li f’dan il-post tagħmel pont pedonali minħabba li hija zona li minnha jgħaddu ħafna nies kuljum – kemm anzjani, studenti kif ukoll turisti.
Azzopardi qal: “Jaqsmu ħafna nies minn Blata l-Bajda biex jaqbdu trasport pubbliku. Jaqsmu lejn il-Marsa. Naqsmu minghajr pedastrian crossing. Bridge sigur.”
Minbarra t-toroq ġodda, Infrastruttura Malta qiegħda twettaq aktar investiment fost bini ta’ pontijiet pedonali ġodda f’Raħal Ġdid u Ħal Luqa.
Huwa qal: “Bridge ta’ ħdejn l-mcast ħareġ it-tender u l-permess. Se jsir bridge ieħor triq l-avjazzjoni għall-istudenti jaqsmu lejn l-ITS.”