It-Tlieta ser tingħata l-aħħar tislima lil Jean Paul Bonett – One News

Notifiki

It-Tlieta ser tingħata l-aħħar tislima lil Jean Paul Bonett

Nhar it-Tlieta li ġej ser tingħata l-aħħar tislima lil Jean Paul Bonett, li l-Ħamis li għadda tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jagħmel l-aħħar xogħlijiet fuq il-karru li kien se jintuża f’dan it-tmiem il-ġimgħa, fil-karnival tas-sajf.

L-aħħar tislima ser tingħata fil-Knisja ta’ San Gejtanu t-Tlieta li ġej fid-9 ta’ filgħodu. Din it-tislima ser tingħata fil-knisja tal-patrun għal qalb Jean Paul hekk kif kien reffiegħ ewlieni tal-istatwa titulari waqt il-festa li għadha kemm għaddiet.

Fuq Facebook, il-kumpanija tal-Karnival li kien magħha Jean Paul għal madwar 17-il sena appellaw sabiex it-Tlieta d-dilettanti kollha tal-karnival jinġabru flimkien biex jagħtu l-aħħar tislima lill-kollega tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend