Il-Maltin saru aktar avventurużi fis-safar tagħhom – One News

Notifiki

Il-Maltin saru aktar avventurużi fis-safar tagħhom


Sena wara oħra, iċ-ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li s-safar tal-Maltin qiegħed jiżdied bl-eluf… u mhux biss f’pajjiżi Ewropej.

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, kienu aktar min tlett mitt elf ruħ li ħallew pajjiżna għal xi btala  fil-maġġoranza tagħhom għażlu l-Italja u r-Renju Unit.

Madankollu, aktar minn 39 elf ruħ għażlu destinazzjoni barra l-kontinent u siefru f’pajjiżi bħat-Turkija li saru jiġbdu lejhom mhux biss żgħażagħ avventurużi iżda nies ta’ kull età/

Crew ta’ ONE News żar l-arjuport internazzjonali ta’ malta u tkellem ma’  Maltin li kienu għadhom kif waslu lura f’pajjiżna minn btala tagħhom.

Fost oħrajn inzertajna bosta li kienu għadhom kif waslu Malta minn Istanbul fit-Turkija.

Pajjiż li għandu storja sinjura b’kulturà differenti li iżda joffri bosta postijiet ta’ rikreazzjoni u avventuri.

Meta mistoqsijin jekk kinux imħajra jerġgħu jżuru dan il-pajjiż, ir-reazzjonijiet kienu varji.

U waqt li konna l-ajruport, iltqajna wkoll ma’ koppja Maltija li ħamsa u sittin sena ilu emigrat lejn l-Awstralja u għażla li jerġgħu lura pajjiżna biex igawdu s-sajf Malti għall-btala tagħhom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend