BIL-FILMAT: Residenza f’Ħal Qormi tinħakem min-nirien – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Residenza f’Ħal Qormi tinħakem min-nirien

Ftit tal-mumenti ilu l-Protezzjoni Ċivili daħlitilha sejħa għall-għajnuna wara li residenza fi Triq il-Vittorja f’Ħal-Qormi nħakmet minn nirien. 

Immedjatament fuq il-post intbagħtu numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar. Fuq il-post marru wkoll uffiċjali tal-Pulzija mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Xhieda fuq il-post qalu lil ONE News li n-nar qabad wara li spinner tal-ħwejjeġ inqelbet fuq ġenbha u bdiet tagħmel riħa ta’ ħruq. Qalu ukoll li f’ħin ta’ minuta sploda t-tank tal-gass li kien hemm fl-istess bitħa mal-ispinner.

Fil-ħin tal-inċident kien hemm anzjana ta’ 57 sena fir-residenza. Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei minħabba xi ġrieħi li ġarrbet.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend