Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li seraq u saq b’mod perikoluż – One News

Notifiki

Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li seraq u saq b’mod perikoluż

Raġel inżamm arrestat wara li ġie mwaqqaf mill-pulizija hekk kif kien għadu kemm seraq oġġetti minn residenza f’Marsaxlokk. 

Gega Gurgenidze ta’ 22 sena baqa’ jinżamm arrestat u qed jaffaċċja l-akkużi ta’ serq ta’ oġġetti li għandhom valur ta’ ftit aktar minn elfejn ewro, kif ukoll b’sewqan perikoluż.

Il-ġuvni nqabad mill-pulizija jagħmel u-turn bl-addoċċ u saq waqt li t-traffic lights kienu ħomor.

Fil-karozza li kien qed isuq instab basket li kien fih fwejjaħ u ħwejjeġ li jqumu l-flus kif ukoll flus kontanti li huma dollari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend