Issellifna 111,370 ktieb aktar matul l-2018 – One News

Notifiki

Issellifna 111,370 ktieb aktar matul l-2018

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-pubbliku s-sena li għaddiet issellef aktar minn 1,022,000 ktieb.

Dan ifisser żieda ta’ aktar minn 111,000 ktieb mislufa mil-librerija.

Iż-żieda kienet irreġistrata f’bosta lokalijiet madwar il-gżejjer Maltin.

L-akbar żieda fis-self tal-kotba ġiet irreġistrata fil-lokalitajiet ta’ Ħad-Dingli li rreġistrat żieda ta’ aktar minn 74%, Ħ’Attard żieda ta’ 52% u l-Imtarfa li rreġistrat żieda ta’ 48%. Min-naħa l-oħra ġie rreġistrat tnaqqis mil-libreriji pubbliċi fl-Isla, Kerċem u l-Kalkara.

Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li matul is-sena li għaddiet, il-Libreriji f’Malta akkwistaw aktar minn 36 elf ktieb, kważi 21% nqas meta mqabbel mal-2017. Min-naħa l-oħra l-ammont ta’ eBook żdied bi kważi 1,300.

Matul is-sena li għaddiet, l-abbonati kienu jammontaw għal aktar minn 6,200, żieda ta’ aktar minn 22% meta mqabbel mal-2017.

Joħroġ ukoll li matul l-2018 l-importazzjoni ta’ materjal ippubblikat kienet tammonta għal 12-il miljun waqt li l-esportazzjoni kienet ta’ 4,700,000 ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend