Identifikata l-mara li tilfet ħajjitha traġikament fl-inċident tat-traffiku f’Għawdex – One News

Notifiki

Identifikata l-mara li tilfet ħajjitha traġikament fl-inċident tat-traffiku f’Għawdex

Ivy Evison hija l-mara li tilfet ħajjitha traġikament fl-aħħar inċident tat-traffiku fatali li seħħ l-għada ta’ Santa Marija fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem, Għawdex.

Evison li twieldet il-Latvja kellha biss 41 sena u kienet ilha tgħix Malta għal dawn l-aħħar snin f’dar fi Swieqi flimkien mal-familja tagħha. Hija kienet mara ta’ ispirazzjoni kbira għall-bosta u kienet involuta wkoll f’diversi attivitajiet sportivi.

Il-mara ġiet iċċertifikata mejta lbieraħ filgħodu wara li kienet ilha għal dawn l-aħħar jiem tissielet għall-ħajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Hija ġarrbet ġrieħi serji ħafna f’ħabta bejn żewġ vetturi li fihom kien hemm riekba tmien persuni fosthom Ivy.

One.com.mt jinsab informat li fl-aħħar jiem kienet qed issir analiżi fl-Isptar Mater Dei biex tiġi studjata l-possibilità li jingħataw xi organi tagħha.

Ritratt: Ivy Evison/ Facebook

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend