Ħadd mill-immigranti fuq l-Ocean Viking mhu se jibqa’ f’Malta – se jitqassmu bejn sitt pajjiżi Ewropej – One News

Ħadd mill-immigranti fuq l-Ocean Viking mhu se jibqa’ f’Malta – se jitqassmu bejn sitt pajjiżi Ewropej

Wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea u għadd ta’ pajjiżi membri Ewropej, fosthom Franza u l-Ġermanja, Malta qablet li tkun parti mis-soluzzjoni tal-bastiment Ocean Viking li ilu bejn sema u ilma għal dawn l-aħħar jiem. Dan mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni legali tagħha.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li fuq il-vapur hemm 356 persuna abbord, li kollha kienu interċettati u salvati f’għadd ta’ operazzjonijiet u li l-ebda waħda minnhom ma saret fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna jew taħt id-direzzjoni tal-awtoritajiet Maltin.

Ingħad li Malta se tkun qed tittrasferixxi dawn il-persuni fuq il-patrol boats tal-Forzi Armati ta’ Malta barra t-territorju Malti u jiddaħħlu f’Malta.

L-immigranti kollha se jiġu rrilokati f’pajjiżi oħrajn Ewropej li huma Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Portugall u r-Rumanija. Ħadd mill-immigranti mhux se jibqa’ f’Malta.

Fil-jiem li ġejjin, aktar persuni li ddaħħlu f’Malta permezz ta’ arranġamenti adhoc se jiġu ttrasferiti f’pajjiżi Ewropej hekk kif imwiegħed.

Il-Gvern qal li Malta hija kommessa li tkun stat membru Ewropew proattiv u li tkun parti minn soluzzjoni pragmatika li ma tpoġġix pressjoni żejda fuq pajjiż wieħed Ewropej.

Fl-aħħar jiem Franza bagħtet ajruplan dirett f’Malta biex tieħu grupp ta’ immigranti li ddaħħlu f’Malta f’Lulju u l-bidu ta’ Awwissu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend