Anzjana ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza – One News

Notifiki

Anzjana ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza

Mara Norvegiża ta’ 74 sena li toqgħod l-Gżira ġarrbet ġrieħi gravi wara sfar milquta minn vettura ta’ tip Mini Cooper li kienet misjuqa minn Ungeriża ta’ 22 sena li toqgħod Ta’ Sliema. 

L-inċident seħħ għal ħabta tal-17:20 tal-Ħamis fi Triq Sir Fredrick C.Ponsonby fil-Gżira.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend