Ktieb ġdid dwar il-Parroċċa ta’ Marija Reġina fil-Marsa – One News

Notifiki

Ktieb ġdid dwar il-Parroċċa ta’ Marija Reġina fil-Marsa

Hekk kif fl-2017 il-Marsin fakkru t-twaqqif tal-Parroċċa ta’ Marija Reġina, riċentament l-istoriku Marsi Pawlu Dimech ħareġ ktieb biex ifakkar dan. Il-ktieb bl-isem ta’ ‘Storja tal-Knisja u tal-Paroċċa Marija Reġina – Marsa’ jirrakkonta kif din il-parroċċa żvillupat matul iż-żmien.

Fl-ewwel parti, l-istoriku Marsi jagħti ħarsa fuq il-kult Marjan li jmur lura ħafna qabel iż-żmien li twaqfet il-paroċċa. Fejn fis-seklu sittax kien hemm kappella magħrufa bħala Ta’ Ċeppuna.

It-tieni parti ta’ dan il-ktieb titkellem dwar il-ħidma li għamlu l-Patrijiet Franġiskani Kappuċini fil-ħidma tagħhom pastorali u anke b’bosta opri artistiċi.

Filwaqt li t-tielet taqsima tagħti ħarsa lejn il-ħajja parrokkjali madwar l-għaqda fi fi ħdanha, anke dawk soċjali.

Dan il-ktieb ta’ Mifsud jista’ jinkiseb mis-Sagristija, mill-Uffiċċju Parrokkjali u anke mingħand il-Fraternità tal-Patrijiet Kapuċċini tal-parroċċa ddedikata lil Marija Reġina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend