Koalizzjoni oħra? – One News

Koalizzjoni oħra?

Jumejn wara r-riżenja tal-Prim Ministru Giuseppe Conte, il-Partit Demokratiku Taljan issa qal lill-President Sergio Mattarella li jrid koalizzjoni mal-Moviment Cinque Stelle.

Is-Segretarju tal-Partit Demokratiku Nicola Zingaretti qal li l-Italja għandha bżonn gvern ġdid li jdawwar ir-rotta tal-pajjiż mingħajr ma b’xi mod jikkomprometti l-kisbiet ta’ s’issa.

Fit-tieni jum ta’ diskussjonijet dwar il-futur tal-Gvern Taljan, il-President Mattarella qal li l-għan tiegħu se jibqa’ li fil-jiem li ġejjin, l-Italja jkollha gvern ġdid, għaliex inkella jkun kostrett isejjaħ elezzjoni bikrija.

Ir-riżenja tal-Prim Minstru Conte kienet l-aħħar episodju fil-kriżi politika fil-pajjiż wara li l-Ministru Matteo Salvini għażel li jbiegħed ruħu mill-koalizzjoni fil-gvern, u sejjaħ għal vot ta’ fiduċja fih. Azzjonijiet li fis-Senat Taljan eżatt qabel ir-riżenja tiegħu, ġarrbu l-kundanna tal-eks Prim Ministru Conte.

Ta’ QabelLi Jmiss