Il-Parlament isellem lill-eks Skrivan tal-Kamra Pawlu Muscat Terrible – One News

Notifiki

Il-Parlament isellem lill-eks Skrivan tal-Kamra Pawlu Muscat Terrible

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, għan-nom tiegħu, tal-membri kollha tal-Kamra kif ukoll tal-impjegati tal-Parlament, jesprimi l-kondoljanzi mal-qraba tal-eks Skrivan tal-Kamra Paul Muscat Terribile, li miet l-Erbgħa, il-21 ta’ Awwissu 2019. 

L-Ispeaker tal-Kamra jesprimi wkoll l-apprezzament tal-Parlament għad-dedikazzjoni li dejjem wera s-Sur Muscat Terribile fil-qadi ta’ dmirijietu minn meta beda jaħdem mal-Kamra tad-Deputati fl-1976, u b’mod speċjali meta serva bħala Aġent Skrivan tal-Kamra bejn l-1986 u l-1988 u aktar tard bħala Skrivan tal-Kamra bejn l-1989 u l-1991. Huwa jfakkar ukoll l-impenn u s-sens ta’ lealtà li wera s-Sur Muscat Terribile fil-qadi ta’ dmirijiet ta’ Skrivan tal-Kamra matul il-ħames u s-sitt leġiżlatura meta serva taħt numru ta’ Speakers, fosthom is-Sur Pawlu Xuereb, is-Sur J. M. Baldacchino, Dr Jimmy Farrugia u Dr Lawrence Gonzi.

L-Ispeaker Farrugia jirringrazzja lis-Sur Paul Muscat Terribile għax-xogħol kollu li għamel fil-ħidma tiegħu mal-Parlament u mill-ġdid iwassal sentimenti ta’ sogħba u faraġ lill-qraba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend