Il-Malta Football Referees Association b’kumitat ġdid – One News

Notifiki

Il-Malta Football Referees Association b’kumitat ġdid

It-Tnejn 19 ta’ Awwissu kienet ġurnata importanti għall-Malta Football Referees Association (MFRA). Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni, il-membri ħatru kumitat ġdid għall-istaġun 2019-2020. Dan il-kumitat huwa kompost minn:

  • Mario Apap – President,
  • Trustin Farrugia Cann – Viċi-President,
  • Ishmael Barbara – Segretarju Ġenerali,
  • Luke Portelli – Teżorier.

Filwaqt li Pierre Bonnici, William Debattista, Kurt Saliba, Mitchell Scerri u Fyodor Żammit huma membri fl-istess kumitat.

Il-kumitat il-ġdid irringrazzja l-amministrazzjoni tal-MFRA preċedenti mmexxija mis-Sur Alexie Tabone, għall-ħidma tagħha matul l-aħħar snin.

Fl-ewwel messaġġ tiegħu bħala president ġdid tal-Assoċjazzjoni, is-Sur Mario Apap, stqarr li l-ewwel prijorita ta’ dan il-kumitat ser tkun it-trankwillita u l-għaqda fost il-membri tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend