Żagħżugħ ta’ 21 sena b’ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq tal-linja – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 21 sena b’ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq tal-linja

Taljan ta’ 21 sena sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq tal-linja.  

L-inċident seħħ għal ħabta ta’ 20:30 tat-Tlieta filgħaxija fl-inħawi ta’ Kennedy Grove, San Pawl il-Baħar fid-direzzjoni lejn Triq il-Kosta.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend