Se jinżergħu 61 siġra flok dawk li mietu jew tqaċċtu fit-Telgħa tas-Saqqajja – One News

Notifiki

Se jinżergħu 61 siġra flok dawk li mietu jew tqaċċtu fit-Telgħa tas-Saqqajja

Sal-aħħar tal-ġimgħa Infrastruttura Malta se twaħħel 61 siġra fit-Telgħa tas-Saqqajja flok dawk li matul is-snin mietu u tqaċċtu bil-Maltemp.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg li stqarr li matul il-jum Infrastruttura Malta se tneħħi l-fdalijiet tas-siġar mejtin biex minflokom tħawwel siġar ta’ żnuber ġodda.

Innota li għal ħafna snin, kull meta f’idn it-triq mietet jew tqaċċtet xi siġra, ħadd ma ħa ħsieb jibdilha m’oħra ġdida.

Qal li għalhekk sal-aħħar tal-ġimgħa, fit-Telgħa tas-Saqqajja se jkollna 61 siġra indiġena taż-żnuber aktar milli hemm illum.

Huwa saħaq li għall-kuntrarju ta’ dak li allega l-Partit Nazzjonalista, il-Gvern qatt ma kellu l-ħsieb li jneħħi xi siġar mit-Telgħa tas-Saqqajja.

Qal li ħaddieħor jaf biss jipponta s-swaba’ u jigdeb iżda l-Gvern jinsab determinat li jibqa’ jaħdem għal infrastruttura effiċjenti u sostenibbli u għal ambjent aħjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend