Raġel li qed jinżamm fiċ-ċentru tad-detenzjoni qal li spiċċa barra ‘bi żball’ – One News

Notifiki

Raġel li qed jinżamm fiċ-ċentru tad-detenzjoni qal li spiċċa barra ‘bi żball’

Raġel li qed jinżamm fiċ-ċentru tad-ditenzjoni wieġeb mhux ħati li ħarab għaliex insista li spiċċa barra bi żball u li ma kienx jaf li il-bieb li kisser kien jagħti għal barra. 

Mousa Mubarak ta’ 19-il sena mis-Sudan kien akkużat li ħarab mill-kustodja taċ-ċentru ta’ detenzjoni u li kkawża danni fiċ-ċentru tad-detenzjoni li tammonta għal €400. Huwa kien akkużat fis-1:30 a.m. tal-bieraħ.

Il-Qorti nnutat li l-prosekuzzjoni ma ppreżentax estimi ta’ ħsarat li allegatament wettaq l-akkużat. Il-Qorti tenniet li li f’dan l-istadju m’għandha l-ebda evidenza. L-avukat tal-assistenza legali Joe Bricat qal li l-ħsarat imsemmija huma tant żgħar li jistħoqqilhom l-attenzjoni ġudizzjarja.

L-Ispettur Roedrick Attard saħaq li Mubarak inqabad mill-pulizija fejn l-ajrruport. Meta ġie mistoqsi mill-Maġistrat jekk inqabadx ġew jew barra miċ-ċentru ta’ detenzjoni ikkonferma li kien barra.

Huwa qal li hu u persuna oħra waslu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’container tal-ivvjaġġar. Il-bieb tal-container kien miftuħ u t-tieni bieb kien mgħasses li jilimta l-aċċess għal barra. Huwa żgassa l-bieb, tela’ mal-fence, spjega l-imputat.

L-akkużat ġie mgħarraf mill-Qorti li jista’ jeħel sentenza ta’ sitt xhur ħabs. Huwa tenna jgħid li kien bil-ġuħ u ma kienx jaf x’inhu jagħmel.

Il-Qorti appuntat interpretu li wara ċetru ħin stqarr li l-akkużat ma kienx qiegħed jammetti li ħarab iżda li nstab barra. Il-Qorti staqsiet kif qed jgħid li ma ħarabx wara li xxabbat mal-fence u kiser bieb qed jgħid li ma ħarabx. Min-naħa tiegħu, qal li ma kienx jaf li hemm hija żona li tagħti għal barra.

Huwa wieġeb mhux ħati permezz tal-avukat difensur u għalhekk ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti temmet tgħid li ma għandhiex għażla ħlief li l-akkużat jinżamm arrestat, filwaqt li ordnat lil każ jintbagħat għand ir-reġistrar tal-qorti biex jiġi assenjar skont il-liġi.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend