Marokkin jiffranka l-ħabs wara li ħarab minn ċentru ta’ detenzjoni – One News

Notifiki

Marokkin jiffranka l-ħabs wara li ħarab minn ċentru ta’ detenzjoni

Marokkin li ħarab miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi ngħata sentenza sospiża. 

Mohammed Sellem li qatta’ xahar l-isptar u għamel żewġ operazzjonijiet kien involut f’ħarba miċ-ċentru ta’ Ħal Safi fil-15 ta’ Lulju li għadda.

L-akkużat deher fl-awla tal-Qorti fuq siġġu tar-roti u b’ferita gravi f’siequ ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Huwa kien ilu fiċ-ċentru għal tliet xhur u ħarab ma’ oħrajn li weħlu sitt xhur ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend