L-Italja b’diskussjoni għal gvern ġdid – One News

L-Italja b’diskussjoni għal gvern ġdid

Il-President Taljan Sergio Mattarella għaddej b’diskussjonijiet fuq medda ta’ jumejn bit-tama li tinstab maġġoranza għal Gvern ġdid Taljan. 

Dan ġara wara li lbieraħ Giuseppe Conte rriżenja hekk kif id-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini rtira mill-koalizzjoni tal-Gvern minħabba diżgwid.

L-instabilità politika m’hi xejn ġdid fix-xena politika Taljana hekk kif l-partit ta’ Luigi Di Maio li kisirha ma’ Salvini jista’ jifforma ftehim ta’ Gvern ġdid mal-Partit Demokratiku.

Iċ-Cinque Stelle ta’ Di Maio jista’ jingħaqad mal-partit taċ-ċentru xellugi iżda jekk Mattarella jidhirlu li din il-koalizzjoni mhiex soda jista’ joħloq gvern teknokratiku li imbagħad iwitti t-triq għall-elezzjoni ġenerali oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend