L-immigranti tal-‘Open Arms’ jidħlu fl-Lampedusa – One News

Notifiki

L-immigranti tal-‘Open Arms’ jidħlu fl-Lampedusa

L-immigranti li kienu fuq il-vapur Open Arms iddaħħlu fil-port ta’ Lampedusa tard il-bieraħ filgħaxija wara li għaddew 19-il ġurnata maqbuda fuq il-baħar. Dan wara li prosekutur Taljan ordna l-qbid tal-vapur.

It-Tnejn li għadda l-Ministru Taljan Matteo Salvini ta l-permess lil 27 immigrant taħt l-età abbord dan il-bastiment, sabiex jidħlu fl-Italja.

Fuq l-Open Arms madankollu kien hemm mal-100 immigrant ieħor li baqgħu maqbuda fuqu wara li ġew salvati mill-kosta tal-Libya. Midja internazzjonali rrapportat kif madwar 15 –il immigrant pruvaw jabbandunaw il-vapur sabiex jaħarbu mill-kundizzjonijiet miżeri li kull ma jmur komplew jiddeterjoraw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend