Ir-4 Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran – One News

Notifiki

Ir-4 Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Wara s-suċċessi miksuba minn Noel Baldacchino, Clint Vassallo u Paul Galea fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat tal-Mediterran, issa jmiss lil Charles Camilleri li jieħu sehem fir-raba’ tappa li se ssir fil-korsa ta’ Cagnes-sur-Mer Franza nhar il-Ġimgħa filgħaxija. F’din it-tappa ser jieħdu sehem Franza, l-Italja, ir-Rumanija, s-Serbja, r-Russja u Malta pero fit-tiġrija ser ikun hemm ukoll ġerrejja oħra li m’għandomx x’jaqsmu mal-kampjonat. Camilleri se jsuq id-debba bin-numru 11 Anna du Perre u t-tiġrija li hija fuq distanza ta’ 2700m tibda fit-8:30 pm. 

Din mhux l-ewwel darba li Camilleri se jkun qed jipparteċipa fil-Kampjonat tal-Mediterran fejn saħħansitra kien rebaħ it-tappa li saret fl-istess korsa fl-2017 u s-sena l-oħra rebaħ it-tappa li saret f’Moska r-Russja.

Camilleri rebaħ madwar 750 tiġrija fil-karriera tiegħu u kien ukoll iċ-Champion ta’ Malta 5 darbiet.

Bħalissa Malta tinsab tokkupa l-ewwel post għal dik li hija klassifika ġenerali ta’ dan il-Kampjonat b’34 punt ħames punti aktar minn Franza li jinsabu fit-tieni post.

Camilleri huwa akkumpanjat miċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg li s-Sibt filgħodu se jkun qed jattendi għall-laqgħa tal-Kunsill tal-Mediterran u l-Pajjiżi Baltiċi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend