Il-Malti jgħid li għal kull għadma hawn mitt kelb. Iżda l-istudenti li jiggradwaw mid-Dipartiment tal-Farmaċija, fil-qasam tat-teknoloġija farmaċewtika, illum il-ġurnata għandu erba opportunijiet ta’ xogħol fejn imur jaħdem. Tant li malli jinża’ t-toga, jista’ jilbes il-ġagaga u jmur jaħdem mill-ewwel fil-laboratorju.
Marcel Attard, lettur fid-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta qalet li l-industrija mhux qiegħda ssib biżżejjed ħaddiema kkwalifikati biex jaħtfu l-opportunijiet tax-xogħol li qed joffri s-suq tax-xogħol f’pajjiżna.
Spjegat li wieħed mill-korsijiet li joffri d-dipartiment huwa dak ta’ Baċellerat fit-Teknoloġija Farmaċewtika. Kors ta’ tliet snin li fih fost oħrajn jistgħu jaħdmu bħala speċjalisti f’laboratorji.
Kumpaniji ewlenin tal-farmaċewtika f’pajjizna kabbru l-operat tagħhom f’pajjizna. Filwaqt li kien hemm kumpaniji ġodda li investew f’pajjizna.
Fi kliem Maresca Attard, dan ħoloq sfidi ġodda. Bl-industrija qiegħda tisħaq mad-dipartiment tal-farmaċija li għandha bzonn ħafna persuni gradwati jaħdmu fil-qasam, għax għandha problema li mhux isib nies biżżejjed biex jaħdmu fil-qasam tal-farmaċija u x-xjenza.
Spjegat kif l-investiment fil-qasam tal-kannabis mediċinali, kompla jkabbar l-opportunitajiet tax-xogħol fil-qasam.
Hija ħeġġet lill-istudenti sabiex jagħzlu l-farmaċija, partikolarment il-kors fit-Teknoloġija Farmaċewtika, għax l-opportunitajiet ta’ xogħol huma kbar.
Bi studnet li jattendi dan il-kors, jingħata esperjenza fid-dinja tax-xogħol kemm hawn Malta kif ukoll barra minn xtutna permezz tal-Erasmus, waqt li jkun għaddej bl-istudji tiegħu fl-Universita ta’ Malta.
Il-Gimgħa li ġej se isir open day fid-Dipartiment tal-Farmaċija sabiex studneti interessati li jimirħu f’dan il-qasam jingħataw aktar tgħarif dwar il-korsijiet li joffri d-dipartiment.