Il-PL jsellem il-memorja ta’ Paul Muscat Terribile – One News

Notifiki

Il-PL jsellem il-memorja ta’ Paul Muscat Terribile

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta’ Paul Muscat Terribile, persuna li għal snin twal tat kontribut qawwi lil pajjiżna.

 Muscat Terribile kien skrivan tal-Kamra tar-Rappreżentanti u kunsillier fil-lokalita ta’ San Ġwann, fost oħrajn, u tul il-karigi kollha li okkupa dejjem spikka s-sens ċiviku tiegħu.

Wara li rtira, huwa kien eżempju klassiku tal-kunċett tal-anzjanita attiva. Bħala membru fl-Assoċjazzjoni tal-istudenti universitarji tat-tielet eta kif ukoll membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani. Fl-2008, Malta irrikonoxxietu bil-premju tal-Anzjan tas-Sena għas-sehem volontarju tiegħu biex itejjeb il-kwalita tal-ħajja tal-pensjonanti fis-soċjeta. Paul Muscat Terribile kien ukoll membru attiv tal-Partit Laburista, fost oħrajn bħala membru fl-Għaqda Veterani Laburisti.

Il-memorja tiegħu se tibqa ta’ ispirazzjoni għal bosta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend