L-għaqda Birdlife Malta qalet li qatgħa Fjamingi li fl-aħħar sigħat kienet qed tittajjar madwar il-kosta ta’ Malta bdiet tonqos bil-mod il-mod matul.
Qalet li waqt li xi frieħ niżlu qalb in-nies f’postijiet differenti għax għejjew, allegat li oħrajn spiċċaw fil-mira tal-kaċċa, b’wieħed minnhom qalet li tniżżel fl-inħawi magħrufin bħala l-Munxar, fil-limiti ta’ Marsaskala. Fjamingu ferħ ieħor b’feriti gravi nġabar minn Marsaxlokk u ttieħed għand il-veterinarju tal-gvern li kkonfermat li kellu tiri ta’ senter.
Birdlife żiedet tgħid li fjamingi żgħar oħrajn spiċċaw maqbudin fuq l-art u nġabru biex jittieħdu għand il-veterinarju. Wieħed inġabar minn uffiċjali tal-ERA f’Daħlet Qorrot f’Għawdex u ieħor inġabar aktar kmieni minn BirdLife Malta mill-bajja tal- Għadira.
Żied tgħid li dalgħodu Fjamingu ieħor inġabar minn Tas-Safra mill-għaqda Kaċċaturi San Ubertu (KSU) u ġie mgħoddi f’idejn BirdLife Malta.