Analiżi indipendenti juru l-gidba ta’ Jason Azzopardi – One News

Notifiki

Analiżi indipendenti juru l-gidba ta’ Jason Azzopardi

Analiżi li saret b’reqqa kbira minn żewġ ġurnali indipendenti dwar is-salarji tal-membri tal-kabinett, ikkonfermat iswed fuq l-abjad l-allegazzjonijiet foloz u l-gideb tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. 

L-analiżi ppubblikata fil-ġurnal MaltaToday taħt it-titlu: Salary Storm:breakdown shows no rise in ministers’ pay  turi iswed fuq l-abjad li s-salarji tal-membri fil-kabinett tal-Prim Ministru Joseph Muscat la żdiedu b’20,000 ewro u wisq aktar ma rduppjawx kif ħareġ jallega d-deputat tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi.

Fl-analiżi tagħhom, il-ġurnalisti indipendenti taż-żewġ gazzetti daħlu fid-dettall tas-salarji li ħadu l-membri tal-kabinett bejn l-2008 u l-2019.

Minnha joħroġ ċar li waqt li s-segretarji parlamentari fil-kabinett tal-ex Prim Ministru Nazzjonalista Lawrence Gonzi, inkluż Jason Azzopardi ħadu fl-2010 aktar minn 83 elf ewro fis-sena, is-sena li għaddiet is-segretarji parlamentari ħadu 22,000 ewro anqas.

L-analiżi mibnija fuq seba’ fatti tisħaq li għall-kuntrarju ta’ dak li seħħ fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista meta minn wara dahar kulħadd, il-membri tal-kabinett Nazzjonalista ħadu paga doppja, ħadd mill-membri fil-kabinett ta’ Muscat ma ħa l-onorarja li jirċievu d-deputati parlamentari.

Il-ġurnalisti tal-maltatoday jgħidu li wara l-elezzjoni tal-2013 it-tmexxija ta’ Muscat żammet mal-wegħda tagħha li l-ministri u s-segretarji parlamentari jieħdu biss is-salarju u dan għadu hekk sal-lum.

Dan kien imtenni fl-analiżi li għamlet The Times of Malta bil-ġurnalisti jistaqsu: Do cabinet members still earn an honorarium?

No, it was removed in March 2013 when Labour was elected to government.

Saħanistra mill-analiżi taż-żewġ gazzetti indipendennti joħroġ ukoll l-benefiċċju li huma intitolati għalih il-membri tal-kabinett naqas u mhux żdied taħt l-amministrazzjoni ta’ Muscat.

Fil-fatt jgħidu li dan il-benefiċċju ħa daqqa ’l isfel meta l-amministrazzjoni ta’ Muscat ħadet it-tmexxija tal-pajjiż.

Jinnotaw li dan il-benefiċċju naqas b’aktar minn 2,800 ewro fis-sena.

Fuq kollox jinnotaw li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għaffiġha bil-kbir meta ħareġ jallega b’mod żbaljat li salarji tal-membri tal-kabinett rduppjaw għax fir-realtà dawn mhux talli ma żdiedux iżda naqsu b’aktar minn 22,000 ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend