AĠĠORNATA: Sabuh maqbud taħt il-karozza wara li ħabat ma’ ħajt taħt il-mini ta’ Ħal Kirkop – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Sabuh maqbud taħt il-karozza wara li ħabat ma’ ħajt taħt il-mini ta’ Ħal Kirkop

Żagħżugħ ta’ 18-il sena miż-Żurrieq indarab gravi wara li l-Erbgħa filgħaxija nstab maqbud taħt il-karozza tiegħu mill-Pulizija. Jidher li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-karozza Volkswagen Golf li kien qed isuq, ħabat ma’ ħajt, u kawża tal-ħabta nqabad taħt il-karozza. Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs tal-Erbgħa filgħaxija taħt il-mini ta’ Ħal Kirkop.  

Riekeb fil-karozza kien hemm ukoll passiġġier ta’ 17-il sena li jgħix Ħal Kirkop, li ma sofra ebda ġrieħi. Il-vittma nħareġ minn taħt il-karozza wara għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija.

Wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura ż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend