Wara dibattitu jaħraq f’Ruma, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar ir-riżenja tiegħu fl-istess nifs li fajjar attakk fuq ieħor fil-konfront tal-avversarju tiegħu, Matteo Salvini.
F’diskorsu, Conte qal li l-aġr tal-Ministru għall-Intern Taljan kien wieħed irresponsabbli li wassal għal kriżi politika fil-pajjiż. Fil-fatt, daqs ġimgħa ilu, Salvini sejjaħ għal elezzjoni bikrija, iżda minflok kien deċiż li jittieħed vot ta’ fiduċja fil-Gvern Taljan. Salvini huwa l-kap ta’ koalizzjoni bejn il-Partit taċ-Cinque Stelle u l-Lega Nord, li fformaha mal-erbatax -il xahar ilu bit-tir li xi darba jkun Prim Ministru.