Jaħtaf karozza tal-linja u jżomm lill-passiġġiera kollha ostaġġi – One News

Notifiki

Jaħtaf karozza tal-linja u jżomm lill-passiġġiera kollha ostaġġi

Raġel li kien qed iġorr arma tan-nar ħataf karozza tal-linja fil-Brażil u żamm lill-passiġġieri abbord kollha bħala ostaġġi.

Il-karozza twaqqfet fuq pont li jgħaqqad lil Rio de Janeiro ma’ belt ewlenija oħra fil-ħin li r-raġel ħareġ l-arma tan-nar u hedded lil kull min kien riekeb il-karozza.

F’temp ta’ ftit minuti u fil-preżenza tal-Armata Brażiljana, timijiet mediċi u l-Pulizija, sitt persuni tħallew jinżlu mill-karozza tal-linja, iżda għad hemm għexieren jinżammu ostaġġ mir-raġel.

Mhux eskluż li r-raġel qed iġorr armi oħra fuq persuntu hekk kif l-operazzjoni biex jinħelsu l-ostaġġi kollha. L-identità tar-raġel u r-raġuni għalfejn qed jagħmel dan kollu għadhom mhux magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend