Joseph Galea ta’ 26 sena residenti x-Xewkija u ħaddiem fil-kafiterija tal-Gozo Chanel, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li seraq elf u ħames mitt ewro minn basket ta’ mara minn fuq mejda tal-vapur.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif filmati tas-sigurta fuq il-vapur juru lil Galea jiġbor il-basket u xħin wara t-tifel tal-mara mar fuqu u saqsiħ jekk rax il-basket, Galea qallu li ma rahx.
Għal dan, Galea qal li kien mgħaġġel u għalhekk wieġeb fin-negattiv.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €3000, garanzija personali ta’ €4000 u ordnatlu jiffirma fl-għassa tlett darbiet fil-ġimgħa.