Vapur Iranjan li ilu jinżamm fil-Ġibiltà minn Lulju fuq suspett li kien qed iwassal iż-żejt lis-Sirja, telaq mill-port.
Apparat li jsegwi l-vapuri juri kif it-tanker qed joqrob lejn il-baħar Mediterran fejn għandu d-destinazzjoni Kalamata fil-Greċja bħala d-destinazzjoni finali.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ġibiltà m’aċċettatx talba mill-Istati Uniti biex terġa’ żżomm il-vapur milli jitlaq, li biddel ismu minn Grace 1 għal Adrian Darya-1.
L-Istati Uniti għamlet it-talba l-aħħar minuta l-Ġimgħa, jum wara li l-Ġibiltà tat il-permess lill-vapur biex jitlaq.