Jitħawlu l-ewwel 115-il siġra bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Malta – One News

Notifiki

Jitħawlu l-ewwel 115-il siġra bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Malta

Tħawlu l-ewwel 115-il siġra bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Malta li se jkun qed jara l-akbar proġett kapitali ta’ spazju miftuħ ta’ kull żmien.

Dan il-proġett tal-Park Nazzjonali se jkun ta’ 450,000 metru kwadru, id-daqs ta’ amdwar 60 grawnd tal-futbol, fiż-żona ta’ Ta’ Qali u qed isir b’investiment ta’ €20 miljun.

Il-Park Nazzjonali se jkun qed jara t-tħawwil ta’ 80,000 siġra u kif ukoll bosta żoni ta’ rikreazzjoni għall-familji li jżuru dan il-park.

Jason Micallef, permezz ta’ messaġġ fuq Facebook irringrazzja lill-Infrastructure Malta għall-ħidma sfieqa b’kordinazzjoni ma’ Ambjent Malta biex tħawwlu l-ewwel siġar taċ-ċipress fuq in-naħa ta’ barra mat-triq, f’żewġ metri f’roqgħa art li tnaddfet mill-ġdid. Dan sabiex tibda l-ħidma twila ta’ afforestazzjoni f’Ta’ Qali kollu bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Malta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend