Il-PM f’laqgħa uffiċjali ma’ Von Der Leyen – One News

Notifiki

Il-PM f’laqgħa uffiċjali ma’ Von Der Leyen

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa uffiċjali mal-President Elett tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen.

Il-laqgħa kienet deskritta bħala waħda eċċellenti hekk kif Von Der Leyen għaddejja bi tħejjijiet tagħha għall-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida.

Il-Prim Ministru Malti diġa nnomina lil Helena Dalli biex tkun Kummissarju Ewropew għal Malta, b’aktar stati membri ressqu l-ismijiet tagħhom biex wara dak magħruf bħala grilling, numru ta’ nies jieħdu posthom fil-Kummissjoni Ewropea l-ġdida li tibda taħdem sa mill-ewwel ta’ Novembru li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend