Grupp ta’ immigranti li tniżżlu f’pajjiżna fis-7 ta’ Lulju u fl-4 ta’ Awwissu minn fuq il-bastiment Alan Kurdi ħallew pajjiżna sabiex ikunu rilokati fi Franza.
L-immigranti kienu mgħejjuna mill-atoritajiet lokali, l-awtoritajiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni u uffiċjali mill-Ambaxxata Franċiża f’Malta.
Il-proċess ta’ rilokazzjoni huwa r-riżultat ta’ ftehim ad hoc li kien sar bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u membri stati oħra tal-Unjoni Ewropea.