Twissi dwar reklami li jiddiskriminaw – One News

Notifiki

Twissi dwar reklami li jiddiskriminaw

Handyman, salesgirl, cameraman.

Probabli kif qed jisimgħu dan is-servizz tal-promozzjoni tal-ugwaljanza diġà għollew għajnejhom u se jiġbduli widnejja.

Propju dawn il-kliem jidhru f’reklami, speċjalment fuq il-gazzetti u f’dan il-kuntest l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza ħarġet stqarrija favur iktar inklużjoni anki fir-reklami u fis-sejħiet għal numru ta’ xogħlijiet.

“Jien naf il-kliem u l-images li npoġġu fir-reklam inkunu ċerti li nkunu nklussivi imbagħad naraw min japplika u skont min japplika aħna nagħmlu l-għażliet tagħna. Dan ifisser li inti jista’ jkollok li fejn qabel inti kont taħseb illi dak il-grupp ta’ nies forsi m’għandhomx il-kwalifiki li għandek bżonn, ikollhom u allura jkollok iktar ċans ta’ għażla wiesgħa għall-bżonnijiet tiegħek u allura l-post tax-xogħol tiegħek tant jimxi aħjar.”

 Dan l-appell mill-Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza ġej wara li kumpanija kbira fil-qasam tal-ivvjaġġar ħarġet sejħa ta’ xogħol strettament għall-Filippini.

Is-sinjura Laiviera spjegat ma’ dan l-istazzjon li bħala medja jkollhom mal-erbgħin rapport fuq reklami li jidhirilhom huma diskriminatorji.

Spjegat li mill-elfejn u erbatax il’ hawn dawn ir-rapporti naqsu bin-nofs iżda b’eżempji prattiċi spjegatilna x’tip ta’ kliem diskriminatorju jidhru saħansitra anki fuq billboard.

Biex inkunu xi ftit niggieża staqsejna jekk is-soċjetà illum saritx wisq sensittiva li tħossha diskriminata b’imqar kelma, iżda l-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza qalet li dan mhux il-każ.

“Meta inti qed tgħid handyman, f’moħħok ħa jiġi a man, raġel u aħna qed ngħidu isma’ inti iftaħ, għid handyperson, kulħadd nisa u irġiel u din f’kull ċirkostanza biex jekk qed ngħidu sales woman, ngħidu sales person jew shop attendant.”

Filwaqt li kompliet tisħaq fuq l-ugwaljanza, is-Sinjura Laiviera qalet li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet meta l-uffiċċju tagħha jiġbed l-attenzjoni, min ikun qed jagħmel ir-reklam dlonk jirranġa l-pożizzjoni tiegħu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend