Anzjan ta’ 75 sena, li kien għadu kif ġie rrapurtat nieqes, nstab mejjet wara li waqa’ minn għoli fil-Pietà.
Il-qraba tal-vittma rrapurtaw nieqes lir-raġel iżda għal-ħabta tas-7:15pm instab mal-art viċin il-ġnien li jinsab fi Triq l-Indipendenza.
L-anzjan ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post wara li waqa’ minn għoli ta’ tliet sulari u spiċċa taħt is-sur.
Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. A. Grima.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejin