BIR-RITRATTI: Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta f’Birżebbuġa – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta f’Birżebbuġa

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku dalgħodu. 

L-inċident seħħ fi Triq Għar Dalam f’Birżebbuġa għal ħabta tas-6:35 a.m.

Raġel ta’ 49 sena mir-Renju Unit ħabat bil-vettura li kien qed isuq tat-tip Mazda Demio ma’ karozza Toyota misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mill-Eritrea li jgħix Birżebbuġa. Fil-Mazda Demio kien hemm ukoll passiġier żagħżugħ ta’ 22 sena mis-Sarinam.

Ir-raġel ta’ 49 sena u ż-żagħżugħ ta’ 22 sena ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Aktar tard ġie ċċertifikat li s-sewwieq ta’ 49 sena qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żagħżugħ ta’ 22 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend