Tfajla ta’ 23 sena fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet bi quad bike f’Għawdex – One News

Notifiki

Tfajla ta’ 23 sena fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet bi quad bike f’Għawdex

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident ikrah b’quad bike f’Għawdex.  

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar tal-Ħadd fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur, meta tfajla ta’ 23 sena mill-Imtarfa tilfet il-kontroll tal-quad bike li kienet qed issuq u nqalbet. Riekba magħha kien hemm il-vittma.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ tfajliet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

Aktar tard it-tfajla minn San Ġwann ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Bridget Sultana li ħatret bosta esperti biex jgħinuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend