Minn taħt id it-tabib għal fuq il-palk – One News

Notifiki

Minn taħt id it-tabib għal fuq il-palk

Min kellu jgħid lil Kevin Borg li l-kbir tiegħu kien għadu ġej?

Ħafna minna ndumu jiem sħaħ nippreparaw għal intervent mediku u mbagħad nagħmlu ftit jiem oħra fis-sodda naraw xi serje sakemm nerġgħu nqumu fuq saqajna. 

Dan żgur ma kienx il-każ għall-kantant li f’temp ta’ erba’ sigħat għamel operazzjoni żgħira fil-parti ta’ fuq ta’ siequ u eżatt wara baqa’ sejjer isaħħar udjenza miżgħuda b’eluf.

Il-musical qed il-kbir għadu ġej qed joqrob lejn tmiemu u saħansitra kiser xi rekords lokali. Fih, Kevin Borg li jagħmilha ta’ Freddie Portelli.

Iżda, dan l-aħħar, Borg innota boċċa fuq siequ li kienet sors ta’ inkwiet u uġiegħ waqt xow enerġetiku għall-aħħar.

Borg qalilna “Ilbieraħ kelli nidħol għal intervent mediku, operazzjoni fil-groin li rriżultat – grazzi għal Dr Mercieca wkoll li ggwidani l-ħin kollu – li rriżultat minn ultrasound li kelli nibqa’ l-emerġenza jiena sabiex jagħmluli din l-operazzjoni.”

Minkejja li ma jafhomx u kulma għad għandu tifkira tagħhom huwa ritratt wara l-intervent, Borg iddeskrivha lit-tobba li għenuh bħala “anġli” għaliex bis-saħħa tagħhom irnexxielu jagħti spettaklu mingħajr ebda ostaklu.

Huwa tenna li ” Daħal il-Head of Surgery u saqsejtu u għidtlu ħares nista’ nagħmlu x-xow bl-uġiegħ li litteralment ma nirrakomandaha l-ħadd, u niġi eżatt wara, qalli iva imma mbagħad saqsejtu, għidtlu għandi one last question għidtlu nistgħu nagħmluha issa, kienu l-erbgħa u nofs, qalli iva. Għalaq il-purtieri tani l-anaesthetic, local anaesthetic u għamilha. Għidt issa l-kbir jiena ġej, wasal il-kbir għalija jien. Għidt talba lill-mummy dak il-ħin u kienet suċċess.”

Hu saħaq li minkejja li kien għadu kif ħareġ mill-isptar, kiened waħda mill-aqwa rappreżentazzjonijiet li ta.

“Intir bdejt bil-ferħ fl-aħħar imbagħad għax ix-xow ta’ qabel kelli nagħmlu litteralment il-groin intefaħli qisu larinġa ġie allura bdejt nagħmlu verament verament – in-nies ma jindunawx imma jien ninduna ovvjament għax l-uġigħ inħossu, painkillers. Ilbieraħ, intir, ġwienaħ kien jonqosni. Verament ħarġet tajba, it was a success“, sostna il-kantant.

U llejla, il-kbir għadu ġej se tgħaddi għall-paġni tal-istorja.

“Illejla l-kbir għadu ġej. – Kif qed tħossok? – Xejn, kuntent immens bir-rispons li tawna n-nies. Sold out ta’, kull wieħed, kull xow kien sold out. Però looking forward għal-lejla, illejla nagħtu l-verament l-aħħar li għandna – l-aħħar enerġija li għandna għax ilna għaddejjin b’rehearsals. Grazzi kbira lil kull min ġie jara l-kbir għadu ġej u grazzi lil kull min isegwini u grazzi tas-sapport kbir li dejjem tajtuni.” temm jgħid Borg.

B’daħka fuq fommu ħallejna lil Kevin Borg jitlaq fi triqtu għal dik li se tkun l-aħħar interpretazzjoni tiegħu ta’ Freddie Portelli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss