Spanja toffri, l-Open Arms tgħid mhux possibbli – One News

Notifiki

Spanja toffri, l-Open Arms tgħid mhux possibbli

Aġġornament:

Qed tkompli tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-bastiment Open Arms b’rapporti fil-midja Taljana jgħidu li l-kaptan tal-bastiment qed jgħid li f’dawn iċ-ċirkostanzi ma jistax isuq lejn Spanja. Intant, kien hemm immigranti li bdew jaqbżu l-baħar bit-tama li jaslu Lampedusa. 

Iktar qabel:

Qed ikun irrapportat li l-bastiment Open Arms, li issa fuqu għandu 105 immigrant, dieħel Spanja. Dan wara li l-gvern Spanjol offra li jidħlu f’Algeciras fid-dawl li s-sitwazzjoni fuq il-bastiment marret għall-agħar.

Fis-sigħat ta’ qabel kien hemm numru ta’ immigranti li tniżżlu l-Italja anke jekk il-Ministru għall-Intern Matteo Salvini qal li din hija kontra l-politika tiegħu. Fost dawk li tniżżlu l-Italja kien hemm persuni li kellhom bżonn attenzjoni medika u s-27 persuna li ntqal li huma taħt l-età.

Kien il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez li ta l-awtorizazzjoni biex l-Open Arms jidħol f’pajjiżu, bl-NGO li toperah hija wkoll NGO Spanjola. Jirriżulta li issa hemm 105 persuni fuq dan il-bastiment. Ħafna mill-immigranti kienu salvati fil-Libja fl-1 ta’ Awwissu. Biex ilhom bejn sema’ u ilma iktar minn ġimagħtejn. 39 oħra kienu salvati mill-ibħra territorjali Maltin u Malta, għax kienu responsabbiltà tagħha kienet lesta ddaħħalhom. Iżda, il-kaptan tal-Open Arms irrifjuta għax qal li jew kulħadd jew ħadd. Il-kaptan tal-bastiment Marc Reig qal li l-immigranti huma mkissra psikolġikament u issa bdew jiġġeildu bejnithom. Qal li ma setax jigarantixxi s-sigurtà ta’ dawk fuq il-bastiment.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend