Il-Prim Ministru Ingliż irid ftehim ġdid dwar ‘Brexit’ – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Ingliż irid ftehim ġdid dwar ‘Brexit’

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, huwa mistenni li jindirizza lill-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea waqt żjarat li se jagħmel fil-Ġermanja u Franza. Johnson mistenni jqajjem il-punt dwar il-bżonn ta’ ftehim ġdid dwar Brexit. 

Il-Prim Ministru Ingliż sostna li r-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Ottubru li ġej kemm jekk ikun hemm ftehim u anke jekk ma jkunx hemm.

Intant, is-Sunday Times Ingliża żvelat dokumenti tal-Gvern Ingliż, fejn jindikaw li nuqqas ta’ ftehim dwar Brexit se jkun qed iffiser nuqqas ta’ provista fil-bżonnijiet bażiċi bħal ikel, mediċini u fjuwil. Filwaqt li l-istess dokumenti jgħidu li r-Renju Unit jista’ jaffaċċja xhur ta’ tfixkil fil-ħidma fil-portijiet.

Il-Gvern Ingliż qal li dawn id-dokumenti mhux qed jiddiskutu dwar affarijiet li huma mistennija li jiġru, iżda, qed jindirizzaw xenarji li jistgħu jiġru bħala prekawzjoni fl-eventwalità ta’ no-deal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend