“Id-dikjarazzjoni tal-assi ta’ Jason Azzopardi xhieda tal-gideb tiegħu”-Il-PL – One News

Notifiki

“Id-dikjarazzjoni tal-assi ta’ Jason Azzopardi xhieda tal-gideb tiegħu”-Il-PL

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li d-deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi, qed jipprova jippersisti bil-gidba tiegħu li kien hemm xi żieda fis-salarji tas-Segretarji Parlamentari. Iżda, fl-aħħar sigħat għamel numru ta’ dikjarazzjonijiet li saħansitra jikkontradixxu lil xulxin. 

Fi sforz biex jipprova jiġġustifika l-paprata li għamel meta qabbel salarju ta’ sena ma’ ta’ nofs sena spiċċa jħawwad iktar, sostna l-Partit Laburista.

Il-fatti huma ċari ħafna.

Meta Jason Azzopardi kien Segretarju Parlamentari kien idaħħal salarju ta’ iktar minn €82,000.

Dan kif tixhed id-dikjarazzjoni tal-assi li kien għamel hu stess u ffirmata minnu.  B’hekk riżultat taż-żieda li l-membri tal-Kabinett kienu taw lilhom infushom Jason Azzopardi u sħabu kienu jitħallsu €22,000 iktar milli jitħallas illum Segretarju Parlamentari.

Il-Partit Laburista temm jgħid li “l-uniku differenza li kien hemm kienet dik li wara l-bidla fil-gvern fl-2013 tneħħiet għal kollox dik iż-żieda biex illum is-Segretarji Parlamentari jitħallsu ferm inqas minn dak li qed jipprova joħloq gidba ġdida. Mhux ta’ b’xejn li l-Kap tiegħu stess qallu li m’għandux ħin x’jaħli miegħu”.  

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend