F’Pariġi: waiter jinqatel għax dam ma serva l-ikel – One News

Notifiki

F’Pariġi: waiter jinqatel għax dam ma serva l-ikel

Waiter f’Pariġi nqatel fi sparatura wara li klijent kien irrabjat għaliex is-sandwich dam ma kien ippreparat. 

Il-pulizija Franċiża għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħaxija fis-suborg ta’ Noisy-le-Grand. Is-suspettat ewlieni ħarab minn fuq il-post.

Tim mediku mar fuq il-post biex jassisti lill-vittma ta’ 28 sena, iżda sfortunatament miet fuq il-post.

Mara stqarret mal-midja Franċiża li r-ristorant fejn seħħ dan l-inċident m’ilux miftuħ għalhekk dan hu l-ewwel inċident. Iżda bosta residenti stqarr li f’dik iż-żona qed jiżdiedu n-numru ta’ traffikanti ta’ droga u numru ta’ persuni xurbana.

Ritratt: AFP

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend