Imut Peter Fonda, meqjus veteran fil-familja ta’ Hollywood – One News

Notifiki

Imut Peter Fonda, meqjus veteran fil-familja ta’ Hollywood

L-istilla u l-kittieb Amerikan Peter Fonda miet f’daru f’Los Angeles fl-età ta’ disgħa u sebgħin sena.

Il-familja tiegħu ħabbret il-mewt tiegħu wara problemi respiratorji li kellu Fonda hekk kif kien maħkum minn kanċer fil-pulmun.

Fonda jibqa’ mfakkar l-iżjed għall-kitba u produzzjoni tal-mużika tal-film Amerikan Easy Rider li ħareġ lejn tmiem is-snin sittin.

Peter Fonda kien meqjus bħala veteran fil-familja ta’ Hollywood u ġej minn familja t’atturi.

Il-film Easy Rider kien għamel ħoss fost iż-żgħażagħ ta’ dak iż-żmien u riċentament ħadem fi produzzjoni ta’ film Deep Water Horizon li kien dwar splużjoni vera li ġrat fuq rig taż-żejt tal-kumpanija BP.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend