Il-Qorti Amerikana b’tentattiv iddisprat biex iżomm tanker Iranjan – One News

Notifiki

Il-Qorti Amerikana b’tentattiv iddisprat biex iżomm tanker Iranjan

Il-Qorti Amerikana ħarġet mandat kontra tanker taż-żejt Iranjan li kien maqbud f’Ġibiltà.

Dan wara li l-Qorti f’Ġibilta irlaxxat dan it-tanker li kien maqbud fil-port sa mill-erbgħa ta’ Lulju li għadda.

It-tanker Grace 1 kien investigat dwar allegat trasport ta’ żejt lejn is-Sirja.

L-Iran sejjaħ l-azzjoni tal-Qorti Amerikana bħala att illegali hekk kif il-battibekki bejn l-Iran u l-Amerka ma waqfux.

Filfatt ġimgħatejn wara li t-tanker inkwistjoni nżamm f’Ġibiltà, tanker ieħor li xxejjer il-bandiera tar-Renju Unit nżamm fl-ibħra viċin l-Iran.

Dan l-att deher bħala ritaljazzjoni għall-ewwel azzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend