Ħidma sfieqa mid-Dwana wasslet għall-ikkonfiskar ta’ 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbilment f’Bormla.
Dan wara xhur twal ta’ sorveljanza mill-uffiċjali bis-sid inqabad fil-fatt jieħu kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen li kien ħdejn il-ħanut tiegħu.
Minnufih l-uffiċjali wettqu spezzjoni fejn ikkonfiskaw 1,700 sigarett tal-kuntrabandu.