L-Għaqda tan-Nar San Ġużepp ta’ Ħal-Għaxaq irringrazzjaw lis-servizzi tal-emerġenza kollha wara li l-lejl li għadda żviluppaw xi nirien f’waħda mill-kmamar tal-kumpless tan-nar li għandhom. Fi stqarrija huma qalu fil-ħin tal-inċident,il-kamra kienet magħluqa u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda persuni la fil-kamra u lanqas fil-viċinanzi u ma weġġa’ ħadd.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-01:30 tas-Sibt filgħodu meta instemgħu ħsejjes ta’ splużżjonijiet minn dan il-kumpless. Immedjatament fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili, u l-Forzi Armati ta’ Malta li tfew in-nirien u neħħew kull periklu li seta’ kien hemm.
Preżenti wkoll kien hemm numru ta’ timijiiet mediċi mill-Isptar Mater Dei.