Dilettanti tal-Karnival jistennew bil-ħerqa il-Karnival tas-sajf – One News

Notifiki

Dilettanti tal-Karnival jistennew bil-ħerqa il-Karnival tas-sajf

Il-preparamenti tad-dilettanti tal-Karnival tas-Sajf jinsabu fl-aħħar tagħhom hekk kif ħamest ijiem oħra l-karrijiet se jkunu qed joffru spettaklu mat-toroq ta’ tliet lokalitajiet f’Malta.

Qalb il-forom tal-uċuħ u kuluri vivaċi tal-karrijiet tkellimna ma’ Jeremy Muscat, dilettant tal-karnival. Sostna kemm id-dilettanti jkunu qed iħarsu l-quddiem għal din l-attività.  Qal li dan minħabba li l-karnival tas-sajf mhux kompetittiv, allura ma jkunx hemm pika bejn il-kumpaniji.

Qal li “Il-karnival tax-xitwa jdaħħal miegħu ħafna aktar stress. Jiġifieri hemm il-kompetizzjni involuta, dan ikun kompetizzjoni u kif għedt aktar qabel, il-parteċipanti jingħaqdu u jkunu jistgħu jieħdu pjaċir, mingħajr l-ebda ġenn f’moħħhom mingħajr l-ebda kompetizzjoni jew inkella xi forma ta’ pika”

Mill-maħżen fil-Marsa fejn flimkien ma’ erba kumpaniji kienu qed iħejju l-irtokki fuq il-karru, Muscat spjegalna li x-xogħol fuq il-karru tas-sajf ikun ferm eħfef minn dak li jsir fix-xitwa.

Spjega kif “Hekk kif jgħaddi l-karnival tax-xitwa nibdew ngħaqqdu l-karru tas-sajf li jkun magħmul minn biċiet tal-karnial tax-xitwa, ngħamlu foundraising activities biex insostnu l-karnival tax-xitwa u imbaghad jibda t-triq biex nibdew nibnu l-karru sabiex nagħtu spettaklu għall-karnival 2020”

Id-direttur artistiku tal-Karival Jason Busuttil spjegalna li l-Karnival tas-Sajf kull ma jmur qed isir aktar popolari. Din is-sena l-attività se jkompli jikber.

Qal kif “Il-karnival tas-sajf huwa estiż aktar din is-sena  peress li se nużaw 3 lokalitajiet, birżebbuġa buġibba u marsascala. Jibda l-ġimgħa f’buġibba imbagħad is-sibt ikollna birżebbuġa u buġibba. Imbagħad il-gran defilee isir marsascala jiġifieri huma 3 ijiem ippakjati bi spettaklu, karrijiet u zfin li jafu joffru d-dilettanti tal-karnival”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend