BIL-FILMAT: Sebat iklieb ikkonfiskati minn dar fil-Ħamrun – qed ifittxu familja biex tadottahom – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Sebat iklieb ikkonfiskati minn dar fil-Ħamrun – qed ifittxu familja biex tadottahom

Sebat iklieb fosthom ħamest iġriewi, ġew ikkonfiskati minn sidhom f’residenza fil-Ħamrun. 

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija meta membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali rrispondew għal rapport li kellu b’rabta ma’ din ir-residenza.

Ma’ ONE News, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, Noel Montebello, kkonferma din is-sejba fejn spjega kif dawn il-klieb ittieħdu mingħand is-sid u se jkunu qed ifittxu familja li lesta ttihom l-imħabba li tistħoqilhom.

Il-klieb instabu f’kundizzjonijiet xejn sbieħ – fil-ħmieġ u b’nuqqas ta’ ilma u ikel f’dawn il-jiem ta’ sħana.

Kull min hu interessat li jadotta kelb jew ġeru għandu jċempel lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend