Żewġt iġiel irrifjutaw l-assistenza medika wara li kienu involuti f’ħabta head on fin-niżla li minn bieb il-bombi twasslek lejn l-Imsida.
L-iniċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs tas-Sibt waranofsinhar meta għal xi raġuni vettura tat-tip Toyota kellha impatt ma’ Peugeot li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta.
Fuq il-post marru Pulizija mir-Rapid Intervention Unit li bdew jikkontrollaw it-traffiku sakemm il-Pulizija tad-distrett ħejjew ir-rapport.